Lokali

Tinstab barranija mejta f’appartament f’San Pawl il-Baħar; ilha mejta aktar minn 3 xhur

Mewta li qed tqajjem ħafna domandi

Il-Pulizija qed tinvestiga is-sejba ta’ mara Ingliża, li żewġha qal li ilha mejta minn Novembru.

Il-Pulizija tal-Qawra fittxet f’din ir-residenza wara li l-ambaxxata Ingliża irċeviet rapporti ta’ anzjana nieqsa. Hi kellha 69 sena, u kienet ilha ġimgħat ma tidher barra.

Net News hu infurmat li żewġha ma għamel l-ebda rapport. Żewġha ried jibqa’ jżommha miegħu fl-appartament, u fil-ġimgħat sussegwenti kellu jissaporti irwejjaħ kbar ta’ dekompożizzjoni.

L-iskoperta ta’ dan il-katavru qed tqajjem ħafna domandi, partikolarment dwar il-mod kif aġixxa r-raġel ta’ din l-anzjana.

Il-Pulizija bħalissa tinsab fil-post u infetħet inkjesta Maġisterjali.