Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi beda xogħolijiet b’investiment ta’ €26,000 biex isiru bankini ġodda fi Triq il-Kbira.
Is-Sindku Alessia Psaila Zammit tkellmet magħna dwar dawn ix-xogħolijiet.
Fl-aħħar laqgħa is-Sindku Nazzjonalista ressqet emendi għall-mozzjoni preżentata mill-kunsillier Laburista Dominic Grech. L-emendi mressqa mis-Sindku ġew appoġġjati u approvati b’maġġoranza tal-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, Julian Borg, Gillian Farrugia Pace u Mark Anthony Vassallo.
L-emendi jinkludu li jsiru x-xogħolijiet wara li ġie konkluż tender, li jiġi allokat budget għal bankina, li l-Kunsill Lokali jerġa’ jitlob għajnuna lill-Gvern li ma laqax talba biex joffri għajnuna għall-aktar xogħolijiet fit-toroq tas-Siġġiewi u li x-xogħolijiet isegwu investiment li diġa’ għamel l-Kunsill fl-aħħar snin fosthom b’wiċċ ġdid fi Triq id-Dejqa, Triq il-Mitħna, Triq in-Newba, Triq Bur it-Tokk, Triq Wied Costa, Triq Nerik Vassallo u Triq San Ġorġ Preca.
L-emendi jinkludu wkoll pożizzjoni dwar post fuq facebook mill-Kunsillier Dominic Grech li ma tax informazzjoni sħiħa u korretta fuq l-bankina. Dominic Grech l-ewwel ressaq mozzjoni biex issir l-bankina imbagħad ivvota kontra l-istess mozzjoni li ressaq hu stess għax ma qabilx mal-emendi tas-Sindku. Fil-fatt r-risposta fuq Facebook, is-Sindku tas-Siġġiewi Alessia Psaila Zammit qalet li l-kunsillier Laburista Dominic Grech mhux qed jagħti informazzjoni sħiħa fuq Facebook fosthom fuq l-mozzjoni li hu vvotta kontriha. Tenniet li dan hu qerq u bsaten mill-Partit Laburista.
Is-Sindku tas-Siġġiewi qalet li minkejja dan, hi se tibqa’ taħdem għall-ġid tas-Siġġiewi u viċin residenti Siġġiwin.
//= $special ?>