Lokali

Żewġ tfajliet Ingliżi f’inċident bi quadbike

Għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm
bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq Ix-Xatt Juan B. Azzopardi, l-Isla.

Il-Pulizija tad-Distrett, marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari
li sar irriżulta li żewġ nisa Ingliżi ta’ 28 u 23 sena rispettivament, weġġgħu wara li l-quadricycle tal-ghamla Eagle li kienu biha inqalbet.

Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li assistew liż-żewġ nisa. Huma ttieħdu lIsptar Mater Dei permezz t’Ambulanza.

Iktar tard, it-tfajla ta’ 28 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li t-tfajla ta’ 23 sena sofriet minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.