Internazzjonali

16-il Stat Amerikan se jħarrku lil Trump

16-il stat Amerikan, mmexxija mill-istat ta’ California, se jħarrku lill-President Donald Trump dwar id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza li għamel nhar is-Sibt qabel ma telaq fuq btala ma’ martu Melania.

Din id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza Trump għamilha sabiex ikun jista jikseb fondi għall bini tal-ħajt fil-fruntiera mal-Messiku. Permezz ta’ din il-manuvra Trump ikun jista’ juża biljuni ta’ dollari mill-fondi tal-militar għall-bini tal-ħajt.

Skont avukati Amerikani din il-mossa hija fi ksur tal-kostituzzjoni Amerikana.