Futbol Sport

Barcelona frustrati minn Olympique Lyon

(Ritratt: EPA)

OLYMPIQUE LYON…………….. 0

A. Lopes, L. Dubois, Marcelo, J. Denayer, F. Mendy, T. Ndombele (P. Cheikh 85’), H. Aouar, B. Traore (L. Tousart 69’), M. Depay, M. Terrier (M. Cornet 76’), M. Dembele

BARCELONA…………………….. 0

M. ter Stegen, N. Semedo, G. Pique, C. Lenglet, J. Alba, S. Roberto (A. Vidal 81’), S. Busquets, I. Rakitic, O. Dembele (P. Coutinho 67’), L. Messi, L. Suarez

Imwissija: H. Aouar 3’, L. Dubois 33’ (O), S. Roberto 81’, N. Semedo 88’ (B)

Referee: Cuneyt Cakir (Turkija)

Barcelona qabel il-logħba kienu favoriti li jirbħu dan il-konfront u r-riżultat ta’ 0-0 jista’ jitqies sorpriża għal ħafna. Olympique Lyon taw daqs kemm qalgħu għal ħafna mil-logħba u sofrew b’suċċess fl-aħħar parti tal-logħba. Olympique Lyon ħolqu l-ewwel periklu wara disa’ minuti b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa ta’ Martin Terrier li kien salvat bl-għajnuna tal-mimduda minn ter Stegen.

Ousmane Dembele seta’ tefa’ lil Barcelona minn fuq fid-19-il minuta iżda wara li għamel spazju għalih innifsu, ix-xutt finali fil-baxx kien salvat tajjeb minn Anthony Lopes. Terrier kellu azzjoni oħra qabel tmiem l-ewwel taqsima iżda xxuttja għoli wara azzjoni maħduma mill-isbaħ.

Barcelona kienu ftit traskurati fil-ħolqien tal-azzjonijiet fl-ewwel taqsima, iżda fit-tieni parti tat-tieni taqsima żiedu l-pressjoni tagħhom. Fil-65 minuta xutt b’saħħtu ta’ Lionel Messi kien salvat tajjeb minn Lopes. Ħames minuti wara, azzjoni oħra ta’ Barcelona bi kross ta’ Alba mix-xellug lejn Luis Suarez li xxuttja mill-ewwel iżda għadda ftit barra.  Fis-86 minuta Messi qata’ lura lejn Sergio Busquets li kellu x-xutt imdawwar f’korner.