Għawdex Lokali

FILMAT: Biex issir metro lejn Għawdex iridu jiġu aktar ħaddiema barranin

Biex jipprova jiddevja mid-dizastru fil-qasam ambjentali, matul il-jum il-Prim Ministru Joseph Muscat laqqa’ l-Kabinett tieghu fis-Salina – post li kien inbidel mil-lejla ghan-nhar grazzi ghall-fondi Ewropej u l-progett li kien xprunat mill-ahhar Gvern Nazzjonalista.

Meta indirizza lill-media, Muscat naqas milli jsemmi kwistjonijiet jaharqu bhall-krizi fl-iskart tal-kostruzzjoni, il-kwistjoni tal-HFO f’Birzebbuga fil-qalba tar-residenti, ir-rekord ta’ permessi ghall-bini, u dak li diversi ngo’s jirreferu ghalih bhala dizastru fl-ambjent ta’ madwarna.

Dwar ir-reklamazzjoni tal-art, il-Prim Ministru naqas milli jidentifika postijiet fejn se jkun qed jiekol il-bahar biex isir zvilupp.

Pressat mill-gurnalisti, Joseph Muscat kien kostrett jammetti li biex jibda jadem fuq l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ metro irid igib aktar haddiema barranin.

Muscat kien pressat ukoll fuq il-kwistjoni tal-iskandlu tat-tonn – skandlu li faqqa’ internazzjonalment b’intervent immedjat mill-Europol.

Il-Prim Ministru qed issirlu kritika harxa għaliex f’dan il-kaz donnu ha azzjoni mal-ewwel meta fuq akkuzi serji oħrajn, lil shabu f’Kastilja Konrad Mizzi u Kieth Schembri zammhom mieghu.

U hawn ħarġet l-ammissjoni ta’ Muscat illi irreagixxa fuq leaks ta’ telefonati…b’bosta analisti politici qed jistaqsu, allura ghaliex meta kien hemm leaks ohra ta’ gravita’ simili fil-Panama Papers Muscat ma agixxiex?