Internazzjonali

Duħħan fl-ajruport ta’ Ciampino – jingħalaq temporanjament l-ajruport

Bħalissa hemm 7 titjiriet li ġew mitluba jinslu f'ajruporti oħra bħala mezz ta' sigurtà.

Minħabba dħaħen li żviluppa fid-dħul tat-terminal taz-zona Schengen, l-ajruport ta’ Ciampino kien evakwat għall-ħabta tat-8 ta’ dalgħodu. Infatti l-ajruport għalaq l-aċċess tiegħu għal ajru bħala prewkazzjoni, filwaqt li ġie evakwat biex is-sitwazzjoni tiġi kkontralata.

Bħalissa hemm 7 titjiriet li ġew mitluba jinslu f’ajruporti oħra fl-Italja bħala mezz ta’ sigurtà.

In-nies li kienu ġewwa l-ajruport qed jingħataw kull assistenza meħtieġa ftit ‘il barra minn dan l-ajruport ta’ Ruma, fejn fost l-oħrajn l-awtoritajiet qed jagħtuhom l-ilma u anki affarjiet oħra ta’ għajnuna.

Rapporti fl-Italja qed jgħidu li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.