Lokali

Franza: Jiddesagraw oqbra tal-Lhud viċin Strasbourg

Talanqas 80 qabar spiċċaw iddesagrati minn vandali fiċ-ċimiterju għal-Lhud ta’ Quatzenheim, li hu villaġġ qrib Strasbourg u l-fruntiera tal-Ġermanja.

F’dan il-każ, persuna jew persuni mhux magħrufa żebgħu swastika — l-emblema Nażista — fuq diversi lapidi tal-oqbra. L-azzjoni seħħet qabel kellhom isiru numru ta’ dimostrazzjonijiet kontra ż-żieda tal-attakki anti-Semitiċi fi Franza.

Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, żar iċ-ċimiterju aktar kmieni llum u qal lill-mexxejja tal-komunità li ‘kien importanti għalih li jkun magħhom f’din il-ġurnata partikulari’.

Franza għandha l-akbar komunità tal-Lhud ( madwar il-550,000) fl-Ewropa.