L-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, Harry Kane jista’ jkun li jirritorna lura fl-azzjoni fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla fil-partita li Spurs għandhom barra minn darhom kontra Burnley. Dan hekk kif illum niżel lura għat-taħriġ mal-iskwadra wara waqfa ta’ aktar minn xahar.
Kane weġġa’ l-aksa fit-telfa li t-team minn Londra kellu kontra Manchester United lura fit-13 ta’ Jannar li għadda, injury li inizjalment kellha tħallih barra sa’ Marzu, madanakollu jidher li l-captain internazzjonali Ingliż irkupra b’mod tajjeb.
Fin-nuqqas ta’ Kane, Tottenham rebħu erba’ minn daqstant logħbiet fil-Premier League Ingliż kif ukoll issuperaw lil Borussia Dortmund fiċ-Champions League b’rebħa ta’ 3-0. L-unika telfiet tagħhom waslu fit-tazzi EFL u FA fejn tilfu fis-semi finali kontra Chelsea u fil-ħames rawnd kontra Crystal Palace rispettivament.
Wara 26 logħba fil-kampjonat, it-team ta’ Maurizio Pochettino jinsabu fit-tielet post, ħames punti wara Manchester City u Liverpool fejn wara 26 logħba, Kane jinsab ir-raba l-aqwa skorer tal-kampjonat b’14-il goal, goal wara Pierre-Emerick Aubameyang ta’ Arsenal u tlieta wara Mohamed Salah ta’ Liverpool u Sergio Aguero ta’ Manchester City.
Kane huwa wkoll laqwa skorer ta’ Spurs dan l-istaġun, b’20 goal b’kollox f’kull kompetizzjoni.
//= $special ?>