Tiziano Renzi u Laura Bovoli, il-ġenituri tal-ex Prim Ministru Taljan Matteo Renzio, meqjus bħala ħabib intimu ta’ Joseph Muscat, inżammu taħt house arrest fid-dawl ta’ inkjestà mill-prokura ta’ Firenze dwar il-falliment ta’ żewġ koperattivi.
Flimkien ma’ Renzi u Bovoli ġie arrestat raġel ieħor.
Tiziano Renzi diġa kien is-suġġett ta’ kontroversja meta fis-snin li għaddew kien implikat f’korruzzjoni ta’ diretturi ta’ soċjetà imdaħħla fix-xiri f’isem l-amministrazzjoni pubblika.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu Matteo Renzi insista dwar l-innoċenza tal-ġenituri tiegħu u qed isostni li qed ikunu vittimizzati.
Renzi kien f’Malta għall-elezzjoni ġenerali tal-2017 fejn indirizza mass meeting tal-Partit Laburista fuq il-Fosos tal-Furjana.
//= $special ?>