Iż-żewġ kokijiet Maltin Brady Dalli u Sheldon Sammut kisbu midalja tal-fidda hekk kif fl-aħħar jiem ikkompetew fuq livell internazzjonali fil-Global Chefs Challenge li saret f’Rimini, fl-Italja.
Brady Dalli kkompeta fil-kategorija Global Chef, fejn ried iħejji starter, main course u deżerta għal sitt persuni waqt li Sheldon Sammut ikkompeta għall-Young Chef Challenge fejn ipprepara main course u deżertà għal erba’ persuni.
Il-pożizzjoni miksuba mill-Maltin hi waħda prestiġġjuża, iktar u iktar meta wieħed iqis l-isfidi finanzjarji li ġġib magħha din il-kompetizzjoni, bil-kompetituri l-oħra li għall-kuntrarju tagħhom waslu għal din il-kompetizzjoni bi staff kbir u appoġġ finanzjarju qawwi.
Għall-kuntrarju, biex il-Maltin telgħu għal din il-kompetizzjoni kellhom joħorġu mijiet ta’ ewro minn buthom, jixtru apparat ġdid u saħansitra jħallsu għat-titjiriet u akkomodazzjoni fost oħrajn.
Huma ntagħżlu biex jirrappreżentaw lil pajjiżna wara li rebħu l-kompetizzjoni Chef of the Year organizzata lokalment kull sentejn mill-Malta Chefs Society.
//= $special ?>