L-Għawdxin hemm bżonn li jkollhom ir-riedni f’idejhom, dan qalu l-Kap tal-PN Adrian Delia b’referenza għal pjan tal-Gvern li tinħoloq Awtorità oħra biex jeħles hu milli jagħmel l-infurzar, u fir-realtà jpoġġih fuq din l-awtorità li m’għandha l-ebda saħħa. Il-Kap tal-PN sostna wkoll li matul l-aħħar snin, wara l-2013, il-Gvern kien neżża, mill-Ministeru t’Għawdex dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa.
Il-PN minflok qed jipproponi mod ieħor, fejn qiegħed jinsisti li jinħoloq Kunsill Reġjonali għall-Għawdex. Kunsill li jkun elett mill-Għawdxin, b’finanzi adekwati għall-Għawdxin, li jkun jista’ jaħdem u jatwa dak li l-Kunsill jiddeċiedi għal dak li hu meħtieġ għall-Għawdxin. Dan minflok l-awtorità li tkun taħt il-Ministru għal Għawdex.
Adrian Delia għalaq billi tenna li l-Gvern se joħloq awtorità kkontrolata minnu, biex hi tagħmel l-infurzar, dan biex hu qatt ma jidher ħażin, iżda flok tidher din l-awtorità.
Flimkien mal-Kap tal-PN Adrian Delia, kien hemm id-deputati distrettwali għal Għawdex, Fredrick Azzopardi, Marthese Portelli, Chris Said u David Stellini.
Segwi hawn il-konferenza tal-aħbarjiet li saret mill-Kap tal-PN Adrian Delia.
//= $special ?>