Sport Waterpolo

It-tim Malti jilgħab illum kontra l-Ġermanja f’logħba mill-FINA World League

(Ritratt: FINA)

Illum it-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo se jkun impenjat fil-ħames logħba mir-rawnd preliminari tal-World League tal-FINA kontra l-Ġermanja. Din il-logħba li tibda fil-5.00pm fil-Pixxina Nazzjonali, se tkun logħba oħra għall-kowċ nazzjonali Karl Izzo biex iżomm lill-plejers attivi.

Sa issa, it-tim Malti tilef l-erba’ logħbiet kontra avversarji aktar kwotati bħar-Russja, il-Ġermanja u l-Ungerija. Malta tilfet 18-5 kontra r-Russja, 23-9 kontra l-Ġermanja, 24-8 kontra l-Ungerija u 23-4 kontra r-Russja.

Lura fl-iskwadra hemm ix-xellugi Matthew Zammit filwaqt li Dino Zammit se jirritorna mat-tim nazzjonali wara li kien weġġa’ fil-Kampjonat Ewropew f’Lulju li għadda. Nieqes mit-tim hu l-captain Stevie Camilleri.

Skwadra finali

Nicholas Grixti, Nicholas Bugelli, Andreas Galea, Gabriel Pace, Jake Muscat, Matthew Zammit, Ben Plumpton, Jordan Camilleri, Jeremy Abela, Aurelien Cousin, Isaiah Riolo, Dino Zammit, Jake Tanti