Lokali

FILMAT: Ferut gravi wara li nqaleb bi trakk fil-Ġnejna

Raġel sofra feriti serji wara li kmieni dalgħodu inqaleb bit-trakk li kien qiegħed isuq.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:45am fin-niżla li twassal lejn il-bajja tal-Ġnejna.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fil-post wara li s-sewwieq tat-trakk inqaleb lejn in-naħa tal-wied u spiċċa maqbud.

Fil-post issejħu wkoll Pulizija, u tim mediku b’ambulanza.

Net News hu nfurmat li s-sewwieq tat-trakk sofra ġrieħi gravi, u qed jingħata l-kura neċessarja fl-Isptar Mater Dei.

Aktar dettalji hekk kif jaslulna.

Ritratt: Joe Mikallef