Lokali

KAŻ ANZJANA MEJTA: L-ebda’ sinjali ta’ vjolenza

Janet Harvey, l-Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mejta f’residenza f’San Pawl il-Baħar it-Tnejn filgħaxija u li jidher li ilha mejta madwar tlett xhur, jidher li mietet mewta naturali.

Skont sorsi, jidher li l-awtopsja li saret fuq il-katavru tal-mara it-Tlieta filgħodu jindika li ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza fuq il-mara u li din x’aktarx mietet mewta naturali.

Ir-raġel ta’ Harvey żamm lill-mara mgeżwra f’lożor u kutri minn mindu mietet f’Novembru. Hu ma riedx li jkollu jinfired minn magħha anke għaliex m’għandux qraba oħra f’Malta.

Ir-raġel, li kien aġitat ħafna meta waslu l-pulizija fir-residenza tiegħu, ittieħed l-isptar Monte Carmeli għall-kura.

Ikkummenta