Dawk kollha li lbieraħ segwew is-serje tal-‘Commissario Montalbano’ fuq l-istazzjon Rai 1 żgur li ħadu sorpriża ħelwa meta semgħu l-marċ popolari “The King” tas-surmast Archibald Mizzi.
Bla dubju li dan il-marċ jibqa’ simbolu tal-karriera twila ta’ Mro. Mizzi, li sal-lum il-ġurnata għadha mimlija b’diversi suċċess. Fost dawn is-suċċess jispikka l-marċ “The King” li diversi baned Sqallin jinkluduh fir-repertorju tagħhom.
Issa dan il-marċ Malti spiċċa anke fis-serje tar-Rai – serje li issa daħlet fit-13-il staġun tagħha b’medja ta’ 9 miljun telespettatur.
//= $special ?>