Karl Lagerfeld, il-Ġermaniż li ilu s-snin fost l-aktar stilisti tal-moda famużi fid-dinja, miet f’Pariġi (fi Franza), fl-età ta’ 85 sena.
Lagerfeld, li sar magħruf bħala d-direttur kreattiv għad-djar tal-moda Chanel u Fendi, kien fost l-aktar personalitajiet prolifiċi fl-industrija u baqa’ jaħdem ‘sal-aħħar ta’ ħajtu’.
L-istilista veteran – li anki ddisinja l-kollezzjonijiet għall-kumpannija ( brand) tiegħu – kien ilu jħossu ma jiflaħx għal diversi ġimgħat u fejn naqas milli jkun preżenti għal numru ta’ wirjiet tal-moda.
Intant, l-ismijiet kbar tal-moda madwar id-dinja – fosthom id-disinjatriċi Taljana Donatella Versace – ma tilfux żmien biex iroddu ġieħ lil Karl Lagerfeld għall-impatt u wirt tiegħu fid-dinja tal-moda bħala ‘disinjatur superstar’.
Dan waqt li uħud fissruh bħala ‘ġenju tal-moda’ u b’oħrajn jitkellmu dwar ‘it-talenti inkredibbli tiegħu fil-qasam’ u l-fatt li hu serva bħala ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet ta’ stilisti.
//= $special ?>

