Lokali Parlament

Mingħajr sussidarjeta’ din l-Awtorita’ se tkun pupazz f’idejn il-Ministru

(Arkivji)

 

Wasal il-mument li nagħmlu il-pass biex nħaddmu s-sussidarjeta’ u mhux Awtorita’ li se tkun tal-Ministru u bil-poteri kollha tal-Ministru. Mhux sew li din mhux se jkollha kontroll, għax kollox se jkun idettat mill-Ministeru u li kollox jindika li se tkun Awtorita’ pupazz tal-Ministru. Fl-1961 Kunsill Ċiviku t’ Għawdex kellu aktar saħħa biex iwettaq f’Għawdex, Kunsill li sfortunatament ġie żarmat minn Gvern Laburista fl-1973. L-Oppożizzjoni se tivvota kontra din l-Awtorita’ għax l-Għawdxin mhux se jkollhom saħħa, imma s-saħħa se tkun għand il-Gvern.

Meta kien qed jitkellem fit-Tieni Qari fuq it-twaqqif tal-Awtorita’ Dwar l-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex id-Deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-Ministru Justyne Caruana tkellmet dwar kemm huwa mportanti dan il-pass għal Għawdex. Tenna li huwa minnu li l-Għawdxin għandhom jiddeċiedu huma l-għanijiet tagħhom. Meta wieħed jara l-kwistjoni tar-Reġjun, iż-żewġ partiti tkellmu dwar ir-Reġjonalita ta’ Għawdex. Irridu nsaħħu l-ewwel nett l-prinċipju tas-sussidjarjeta’, xi ħaġa li dejjem ħaddem il-Partit Nazzjonalista, f’dawn l-aħħar 60 sena. Għalhekk l-Awtorita’ għandu jkollha l-poteri Eżekuttivi u riżorsi biex jaħdem.

Dan il-prinċipju nemmnu fih vera, imma meta tkun fil-Gvern forsi aktar diffiċli għax wieħed irid jitlaq il-poter minn idejh. Kellna Kunsill Ċiviku li sar fil-1961, u 12-il sena wara li tela’ Gvern Laburista, tneħħa dan il-Kunsill Ċiviku. Kellna wkoll l-introduzzjoni tal-Kunsilli Lokali, li hawn anke il-Partit Laburista ma qabilx. Kellna l-Ministeru ta’ Għawdex u kellna Partit Laburista li kien dejjem jitkellem kontra dan l-Ministeru. Fl-1996 Gvern Laburista spiċċa biex neħħa l-Ministeru għal Għawdex u niżżlu diviżjoni għal Segretarju Parlamentari. Fl-2013 neħħa mbagħad is-saħħa u l-edukazzjoni minn fuq il-Ministeru għal Għawdex.

Jekk wieħed iqabbel dan l-abbozz ma’ dak li sar fl-1961, hemm differenza, ta’ dak inhar, 58 sena ilu kellu aktar saħħa. Kellu l-poter li jiddeċiedi u kien Eżekuttiv, kien Gvern Reġjonali ta’ vera u ħażin li kien ġie abbolit fl-1973. Bejn l-1973 u l-1987 Għawdex ma kellu ebda poter. Fl-1987 twaqqaf il-Ministeru għal Għawdex, u fl-1996, Gvern ta’ Alfred ħareġ “whitepaper” dwar kunsill reġjonali, kien ukoll bla saħħa, biex ma ġiex implimentat għax waqa l-Gvern

L-avukat Said kompla jgħid li Gvern Nazzjonalista imbagħad mal-ħolqien tal-Kunsilli Lokali wettaq 14-il Kunsill Lokali fil-Gżira ta’ Għawdex. Fl-2003 kellna trattat għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dwar Għawdex il-Gvern għamel qrara u dejjem ried jagħlaq id-differenza bejn iż-żewġ Gżejjer, dik li fiha mekkaniżmu li jiskatta dwar il-finanzjament għal perjodu li jmiss. Perjodu ta’ finanzjament li jmiss il-Gvern diġa qed jgħid li se nieħdu anqas, mill-UE, għalhekk huwa mportanti li jiskatta dak il-mekkaniżmu ħalli Għawdex ma jbatiex u ma jaqax lura.

Fl-2007 saret emenda fuq id-distretti fejn kien ingħad li Għawdex jikber kemm jikber, dejjem jibqa’ għalih, għax dan Reġjun. Qal li Gvern Nazzjonalista qatt ma kien se jipprivatiżża l-isptar ta’ Għawdex u dik kienet ir-raġuni li l-Gvern fl-2013, neħħa s-Saħħa u l-Edukazzjoni f’Għawdex, anke fuq il-każ tal-iskola tar-Rabat, Għawdex, fejn se tinbena, xejn sa issa.

Wara, d-Deputat Nazzjonalista tkellem fuq il-kompożizzjoni tal-Awtorita’ għal Għawdex, fejn qed jingħad li dawn se jingħażlu mill-Ministeru huma seba’ persuni u hemm tliet membri oħra. Tenna li hemm bżonn li l-affarijiet jiċċaraw ruħom, għax kollox jindika li dawn se jkunu pupazzi tal-Gvern tal-ġurnata u mhux se jkollhom ebda awtonomija.  Dwar il-poteri assoluti li jkollu l-Minisru ta’ Għawdex u għalhekk kollox jindika li l-Ministru se jkollu poter kważi assolut. Huwa staqsa x’devoluzzjoni tal-poter se jkollna?

Kollox irid jiġi approvat mill-Ministru u din jew dan irid japprovah, inkella ma jidħolx fis-seħħ. F’kull artiklu ta’ din l-liġi, kollox f’idejn il-Minstru. Poter li jitrasferixxi is-seta’ u nfurzar, wieħed jista’ jgħaddih lil Awtorita, u l-Ministru jista jirtirah. Direttivi lil Awtorita mill-Ministru, l-Awtorita’ ma tistax ma ġġibiex fis-seħħ, u jekk le, il-Prim Ministru jirtira kollox, u jekk l-Awtorita’ jkollha flus żejda, dawn ikunu f’idejn il-Ministru u anke jekk l-Awtorita’ trid tissellef xi flus, trid ikollha l-barka tal-Ministru, anke kull nefqa u kull spiża ta’ 7,000 ewro, din bil-barka tal-Ministru, bil-poter b’mod assolut se jkun f’idejn il-Gvern tal-ġurnata.

Ir-rwol prnċipali ta’ din l-Awtorita’ se tkun immirata fuq sorveljanza u nfurzar, tajjeb, imma hemm Dipartimenti u d-Direttorat, dawn qegħdin jibżgħu jieħdu deċiżjonijiet? Funzjonijiet tal-Awtorita’ meta tagħsar kollox ma tistax tieħu deċiżjonijiet. Dwar il-finanzjament, l-Avukat Said qal li wieħed jasal għal konklużjoni se jkun kollox kontrollat. Ma l-ebda indikazzjoni mil-liġi min fejn se jiġu l-flus u l-Ministru tal-Finanzi jista’ jieħu l-flus mill-Awtorita’. Il-Ministru jrid jippubblika l-estimi tal-Awtorita’.

L-infurzar se jkun l-aktar funzjoni mportanti tal-Awtorita’. Ma nistax kemm il-Ministru għal Għawdex kemm jista’ jidħol f’infurzar meta dan ikun taħt xi Ministru ieħor. Il-Kumitat Parlamentari għal Affarijiet ta’ Għawdex x’sar minnu?  Qal li jaqbel li dan isir fejn dalwaqt li resqin lejn nofs leġiżlatura, u nisperaw li fl-aħħar jibda jaħdem ħalli jkun hemm punti fuq l-aġenda tiegħu li jolqtu lil Għawdxin. Dan il-kumitat irid jidaħħal b’mozzjoni, u li dan se jsib is-sosten tal-Partit Nazzjonalista u l-għajnuna tar-rappreżentanti Għawdxin tal-PN.

“Bħala Partit Nazzjonalista, ma naqblux li dan huwa pass li m’għandux jittieħed illum, bla poteri Eżekuttivi, kontrollat mill-Ministru u bla Riżorsi. Irridu nitkellmu bħala Għawdex reġjun u imnaqqax fil-Kostituzzjoni tagħna u jkollu l-Awtonomija, imma il-Kunsill irid ikun elett mill-Għawdxin, kif jiġri f’pajjiżi oħra, kif kellna kważi 60 sena ilu u dan għamel ħafna proġetti bil-poteri kollha eżekuttivi.

Dan jista’ jkollu l-għajnuna permezz ta’ fondi Ewropew. Se nivvutaw kontra din il-liġi mhux għax ma naqblux, għax il-kunċett ta’ pass tajjeb, imma nappellaw lil Gvern li nagħtu lil Għawdex lil dak li jistħoqilhom, imma jekk irid ikompli għaddej, il-PN ikun qed jaħdem biex inwettqu dak kollu meta nkunu fil-Gvern.

Il-Kunsill Ċiviku beda jaħdem fuq l-isptar ġenerali ta’ Għawdex, grazzi għal Anton abone, u dan biegħ li sptar lil privat….l-ewwel u qabel kollox qed jiġu l-profitti u mhux il-ġid tal-Għawdxin. Fuq li skola tar-Rabat ta’ Għawdex, ilha sitt snin biex tinbemna, l-iskola tal-mużika spiċċat kif spiċċat u tal-arti, flok binja ġdida għal MCAST, saret ħallata ballata.

Dwar il-qasam tax-xogħol, Said qal li hemm it-tripplu ta’ ħaddiema mal-Gvern li jaħdmu f’Malta,u b’ paga anqas mill-medja f’Malta. Dwar il-“housing”, l-aħħar appartamenti li nbnew kien meta kien hemm il-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex. Qed jingħad li se jintefqu 50 miljun ewro għal “housing” f’Malta, u mank Għawdex imissu 5 miljuni,  u lanqas se jintefaq xejn fuq it-toroq f’Għawdex li sejjer lura.