Kmieni filgħodu, it-Tramuntana ta’ Sqallija kienet milquta minn terremot ta’ saħħa 3.3 fuq l-Iskala Richter.
L-aktar zoni li ħassew it-theżżiża kienu n-Nebrodi u l-Madonie.
It-terremot inħass għall-ħabta tal-5am, iżda sa issa ma ġew rappurtati l-ebda ħsarat.
Lejn l-aħħar tas-sena u l-bidu tas-sena l-ġdida, kien hemm attivita’ siżmika partikolari fir-reġjun kollu ta’ Sqallija, bil-vulkan Etna jiżbroffa diversi drabi.
//= $special ?>