81.4% tal-popolazzjoni Maltija għamlu użu regolari tal-internet tul l-2018. 306,692 persuna ta’ bejn 16 u l-74 sena għamlu użu regolari tal-internet tul is-sena l-oħra. Dan ħareġ minn statistika tal-NSO.
L-ammont ta’ nies li użaw l-internet żied b’2,254 mill-2017 għal 2018 fost l-irġiel, filwaqt l-ammont ta’ nisa li użaw l-internet fl-2018 imqabbel mal-2017 kien hemm żieda ta’ 6,605.
B’kollox 94.3% ta’ dawk bejn dawn l-etajiet użaw l-internet kuljum jew kważi kuljum.
L-NSO uriet kif fost l-attivitajiet li saru onlajn kien hemm il-komunikazzjoni fejn l-ammont tela’ għal 95.8%. Għax-xena tal-ispettaklu kien hemm 88.7%. Għal aċċess ta’ informazzjoni kien hemm 87.2%, għas-saħħa 74.1% filwaqt li għal servizzi oħra onlajn kien hemm 69.4%.
75.7% użaw l-internet biex jixtru l-ħwejjeġ jew affarjiet tal-isport. 61.8% għal tiftix ta’ akkomodazzjoni filwaqt li 54.2% biex jagħmlu arranġamenti għas-safar.
//= $special ?>