Lokali

Air Malta – Comiso: Konrad Mizzi bi strateġija li ma taħdimx

Se nsaħħu s-servizz bejn Malta u Sqallija. Se nżidu destinazzjoni oħra f’din il-gżira. Se jkollna servizz ġdid lejn Comiso darbtejn fil-ġimgħa. Dan kollu bi strateġija għal tiġdid u tkabbir fl-AirMalta.

Hekk kien wiegħed b’tant pompa il-Ministru Konrad Mizzi ftit tax-xhur ilu, meta ħabbar servizz ġdid lejn dan l-ajurport f’Ragusa.

Ilum, dikjarazzjoni tal-falliment tal-istrateġija li ħareġ biha Mizzi hekk kif dan l-istess servizz ġie sospiż definittivament b’seħħ immedjat.

Jidher ċar li l-Golden Boy ta’ Muscat mhux qed jirnexxielu jagħmel l-ebda avvanz f’dik li hija s-sitwazzjoni fil-linja Nazzjonali tal-ajru…dan hekk kif kollox jindika li ma sarux studji serji ta’ niċeċ li jezistu f’dan is-suq u li minnhom tista’ tebbenefika l-Air Malta.

Fid-dawl tal-isfidi li kienet qed taffaċċja l-linja nazzjonali, Gvern Nazzjonalista kien wasal fl-aħħar ta’ eżerċizzju ta’ ristrutturazzjoni, iżda wara l-elezzjoni tal-2013, dan l-eżerċizzju twarrab u l-Air Malta rat influss qawwi ta’ ħaddiema ġodda.