Sar ħafna diskors u hemm nuqqas ta’ qbil dwar din l-Awtorita’. Pero hemm ħaġa waħda komuni għaż-żewġ naħat tal-kamra, u dan huwa l-ġid ta’ Għawdex. Jekk nitilqu minn dan il-punt, nistgħu nsibu soluzzjoni fl-aħjar interess ta’ Għawdex u ta’ Malta fit-totalita’ tagħha. Iva Għawdex għandu bżonn l-għajnuna u leħen ta’ vera flimkien ma’ dawk li jifhmu jieħdu d-deċiżjonijiet u li joffru s-soluzzjonijiet mhux biss għal Għawdex, imma anke għal Malta.
Meta kienet qed titkellem fit-Tieni Qari dwar it-twaqqif tal-Awtorita’ Dwar l-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex id-Deputata Nazzjonalista Marthese Portelli qalet li hija responsabbli kemm għal Għawdex kif ukoll Malta u kull deċiżjoni li qed tieħu, hija l-aħjar għal pajjiżna, għax anke hi ngħatat kemm il-fiduċja tal-Għawdxin u tal-Maltin. Temmen li Kunsill huwa l-aħjar mod għal Għawdxin. Qalet li ma taqbilx li l-membri tal-awtorita jintagħżlu mill-Ministru, ikun min ikun il-Ministru.
“Mhux sew li l-persuni maħtura jkunu servili lejn il-Ministru u ma jfissirx li qed tgħid dan għax hi m’għandhiex fiduċja fil-Ministru, imma għax hija minn natura tal-bniedem li jekk jappuntek xi ħadd, xi ftit ikun servili lejk. Allura aħjar li n-nies ikunu magħżula minn nies stess. Kienet qed tgħid hekk għax Għawdex għandu potenzjal kbir, imma mhux joħroġ u għalhekk għandu bżonn ta’ nies tekniċi u jekk Għawdex imur il-quddiem, anke Malta tmur il-quddiem.
“Dwar l-immaniġġjar tas-sistema fuq finanzi, proġetti li jsiru fil-ħin u affarijiet oħra għandu jkun hemm tmexxija trasparenti. Lura fis-snin Partit Nazzjonalista emmen li Kunsilli Lokali kapaċi jieħdu ħsieb in-nies u jagħmlu ħafna ġid, allura jekk kunsill lokali mar tajjeb, kunsill reġjonali mhux kapaċi jagħmel l-istess. Fuq liċenzji tat-triq milli qed iħallsu l-Għawdxin, parti minnhom għandhom imorru għat-toroq stess. Dawn huma metodi ġodda li nistgħu nesploraw, kemm għal Għawdex, kif ukoll għal Malta”.
Portelli kompliet tgħid li fejn hemm ħafna ħwienet hemm bżonn li ssir ġenerazzjoni, bħal fejn hemm ħafna ħwienet, parti mill-VAT tmur lura għal għajnuna tal-post. Argument ieħor huwa li l-politika ta’ Għawdex ma tistax tittieħed f’iżolament. Kull ħadd jaf li l-Gvern qed imexxi l-kunċett li l-pompi tal-petrol jagħmlu qabża fil-kwalita’, u jekk il-Prim Ministru qed isemmi li Għawdex għandu jsir għal “elecrtic cars” allura kif qed issir pressjoni għal fuq min għandu l-pompi tal-petrol biex dawn jagħmel “upgrade” tagħhom. L-inċentivi m’għandhomx ikunu mhux biex itejjeb il-pompi tal-petrol jew diesel, imma għal pompi li jagħmlu ġid lil ambjent.
Marthese Portelli qalet li llum għandna opportunita kbira għal Għawdex. Pero m’għandux ikun hemm piki, għax ħażin. Il-ġid ta’ Għawdex u l-Gvern u l-Oppożizzjoni jridu jkomplu jisimgħu lil xulxin. Huwa ben fatt li hemm deputati Għawdxin minn naħa tal-Gvern li mhux qed jaqblu mal-proposta tal-Gvern. Allura hemm bżonn li wieħed jasal għal ftehim għal ġid ta’ Għawdex.
//= $special ?>