Lokali

Il-Partit Laburista se jdaħħal €600,000 mir-Raffles

Ikompli n-negozju tal-PL fil-proprjetà li akkwista f”Pembroke fl-1979 mingħand il-Gvern Laburista. L-aħħar żviluppi f’din l-istorja hi l-mod kif il-PL iss ahreg l-espresjsoni ta’ interess biex jinnegozja r-Raffles, proprjetà li minnha jista’ jdaħħal sa €600,000 fis-sena.

Il-kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet tal-Parlamnet Ewropew Dione Borrg qal li dan in-negozju fil-proprjetà mill-PL qed joħloq żbilanċ kbir fil-finanzjamnet tal-partit u qed jagħti vantaġġi kbar lill-PL.

Il-PL kien kiseb il-proprjetà tiegħu f’Pembroke fl-1979; porpjeta li tinkludi r-Raffles, l-Australia Hall u l-Victoria Pub. Mill-ahhar zewg proprjetajiet il-PL diga akkwista mawdar €1 miljun ewro u issa fadallu l-aħħar negozju – ir-Raffles.

Il-prorpjetà f’Pembroke – zona turistika tal-ogħla livell – inksibet bi tpartita li fiha l-PL ċeda l-Freedom Presss fil-Marsa lill-Malta Shipbuilding. Tul is-snin il-PL kiser il-kundizzjonijiet tal-kuntratt mal-Gvern fuq il-proprjetà f’Pembroke għaliex ma ħallasx iċ-ċens u ħalla l-proprjetà abbandunata, tant li din inħarqet għal divesi drabi. Din il-proprjetà – partikolarment l-Austrlia Hall – għandha valur storiku iżda dan intilef minħabba l-ħsarat li din ġarrbet meta kienet abbundata.

Gvern Nazzjonalista kien beda proċeduri kontra l-PL dwar il-ksur tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt iżda l-PL kompla jtawwal il-proċeduri biex meta l-PL kien elett fil-gvern, l-istess Gvern Laburista waqqa’ l-kawża kontra l-PL biex b’hekk il-PL jkollu fakultà u libertà li minkejja li kiser il-ftheim, jinnegozja l-proprjetà.

Il-kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew sostna li minkejja l-pressjoni pubblika l-PL jibqa’ jabbuża minn proprjetajiet li kiseb mingħand il-poplu, fosthom numru kbir ta’ każini li huma proprjetà tal-gvern u numru ta’ djar li ttieħdu mingħand in-nies biex isiru każini Laburisti. In-negozju tal-proprjetà f’Pembroke hi l-aħħar tappa f’din il-mixija tal-PL li jsir miljunarju minn proprjetà tal-poplu.