L-MEP David Casa jinsab f’Istanbul fejn kellu laqgħat mal-ġurnalista investigattiva Pelin Ünker u t-tim legali tagħha. Pelin Ünker hi parti mill-Konsorzju Internazzjonali ta’ Ġurnalisti Investigattivi, u ngħatat sentenza ta’ 13-il xahar il-ħabs wara li rrappurtat il-Paradise Papers.
L-MEP David Casa qal: “Fit-Turkija, meta jinkixu affarijiet fuq in-nies fil-poter, ikun il-ġurnalist li jsofri l-konsegwenzi. Filwaqt li din mhix xi ħaġa li ssir biss fit-Turkija, it-Turkija tispicca minħabba l-kastig li jingħata, kif ukoll in-numru kbir ta’ ġurnalisti li nżammu arrestati wara x-xogħol investigattiv tagħhom. Meta l-fatti li jkunu rrappurtati ma jiġux miċħuda, ikun aktar gravi meta tingħata sentenza ta’ ħabs għall-ġurnalisti li jkunu kixfu dawk il-fatti.
Dan it-trattament, ħafna drabi, jkun sens ta’ patrijottiżmu falz fejn l-istejjer fl-interess pubbliku jkunu mrażżna, u l-ġurnalisti li jkunu kitbuhom jkunu fil-mira biex in-nies fil-poter ikunu protetti. Dan hu vizzju antik li issa qed jidher anke fl-Unjoni Ewropea u li jrid jiġi indirizzat. Fil-ġimgħat li ġejjin, jien se nistieden lil Pelin Ünker biex tiġi l-Parlament Ewropew, u se nkun qed nieħu aktar passi fuq livell tal-UE biex inwaqqaf din is-sentenza krudili milli tiġi nfurzata.”
Il-ġurnalista investigattiva Pelin Ünker qalet: “Għalina l-ġurnalisti, din hi realtà li drajniha fit-Turkija. Liġijiet antiki u infurzar aħrax ifissru li jekk nippubblikkaw fatti, li ma jkunux miċħuda, jista’ jkollna riperkussjonijiet gravi. Nixtieq nirringrazzja lill-NGOs, lill-għaqdiet internazzjonali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew, b’mod partikolari lil David Casa, għall-appoġġ tagħhom.”
Pelin Ünker, issa qed tiffaċċja każ ieħor ibbażat fuq l-istess artikli li issa, huma dwar ir-raġel ta’ bint il-President Erdogan
//= $special ?>