Lokali

“It-Torok qed jaħdmu bl-imbarazz li ġabu”

“Mela t-Torok jaħdmu bl-imbarazz li ġabu f’pajjiżna…u lilna triduna naħdmu bil-ġdid…”.

Dan kien id-diskors li beda jingħad fuq il-midja soċjali minn ħaddiem tal-kostruzzjoni b’ħafna persuni juru approvazzjoni lejn kliemu, li jixhdu li t-Torok li ġew sabiex jaħdmu fost oħrajn fil-Proġett tal-Marsa Junction, qed jaħdmu bl-hekk deskritt imbarazz.

Din il-persuna kompliet tisħaq li t-trakkijiet li qed jintużaw huma fi stat tal-mistħija bħal per eżempju għandhom il-fanali mkissrin u l-materjal fil-kaxxa lanqas ikun mgħotti minn inċirata kif suppost.

B’mod retoriku din il-persuna staqsiet jekk l-uffiċjali ta’ Transport Malta jarawhomx dawn l-affarijiet filwaqt li ddomandat jekk dawn is-sewwieqa għandhomx liċenzja.

Bosta kienu dawk li kkumentaw fejn fost diversi kummenti ta’ stmerrija għal dak li qed iseħħ – persuna allegat li dawn il-barranin żgur li m’għandhomx liċenzja l-għaliex f’Malta din mhux rikonoxxuta minħabba li t-Turkija mhux stat membru tal-Unjoni Ewropea.

IS-SAGA TAT-TOROK: Se jneħħu t-tinda u jinjoraw il-kontejners