Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kixef dokumenti fil-Parlament waqt il-ħin tal-aġġornament li juru li l-Prim Ministru Joseph Muscat gideb fuq il-każ ta’ li skandlu tat-tonn. Dan meta qal li d-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd Andreina Fenech Farrugia ma kienet għamlet xejn ħażin u ma jafx għaliex kienet tneħħiet minn postha fi żmien Gvern Nazzjonalista.
Azzopardi qal li din ġiet sospiża mill-kariga wara rapporti li dehru fil-ġurnali internazzjonali u mhux il-Prim Ministru ma kien jaf xejn fuq dik li minn Direttur spiċċat Direttur Ġenerali, u tneħħiet persuna li għamlet differenza kbira għal aħjar fi żmienha. Dr. Jason Azzopardi qal li ġie elevat il-fatt li 2010 tneħħiet għal xi ħaġa u mhux għal xejn u ma jistax ikun li l-Prim Ministru ma kienx jaf x’ġara meta huwa ħatra fl-2013 u spiċċat reġgħet inħatret bi promozzjoni.
Jason Azzopardi qal li l-Prim Ministu gideb meta qal “ma nafux għaliex tneħħiet, sibna li mhemm xejn miktub għaliex ġiet imneħħija, kull ma nafu hija li ġiet trasferita għal MCCA . Possibbli li Muscat u Camilleri u ma sabu xejn fil-file tagħha. Kollox għadu jidher fil-file tagħha, sal-ġurnata tal-lum. Imma kif kulħadd qed jgħid, “il-ħuta minn rasha tinten.”
II-Prim Minstru f’pajjiż normali għandu jirreżenja, meta jinqabad jigdeb għandu jirriżenja, il-ħuta minn rasha tinten. Tenna li l-ħuta minn rasha tinten u sa minn Ottubru li għadda, kienet qed issir inkjesta f’dan ir-rigward u l-Ministru Jose Herrera, kif jaf b’kollox, bħal ma kien jaf b’kollox l-ex Ministru tal-Ambjent Leo Brincat u anke l-Ministru tal-Ambjent Roderick Galdes, kienu jafu b’kollox. Wieħed bil-fors jasal għal konklużjoni li kollox kien hemm moħmi minn qabel.
Id-dokumenti li żvela Jason Azzopardi u li poġġihom fuq il-mejda tal-Kamra juri kif kien hemm problemi ma’ Malta fuq il-kwistjoni tal-ħut fejn l-affarijiet ma kienux sejrin tajjeb u juru kif Marlene Bonnici Rappreżentanta Permanenti għall-Unjoni Ewropea f’laqgħat li kellha ma’ Lowry Evans, Direttur Ġenerali tal-MARE, dekastru kienet wara li saret it-taqliba u beda jmexxi taħt il-Ministru George Pullicino, kif l-affarijiet marru għal aħjar.
Azzopardi qal li fit-12 ta’ Novembru 2010, ittra minn Maria Damanako tal-EU dwar il-“Blue Finn Tuna Industry” u ssuġġeriet li Malta tagħmel inkjesta, kien sar xogħol utli, grazzi għas-Segretarju Permanenti Chris Ciantar, li taħt il-Pullicino, intalbet inkjesta lil Internal Audit ta’ Kastilja. Azzopardi qal li f’idejh kellu r-rapport finali li ħareġ fil-11 ta’ Frar 2011, rapport twil u dettaljat u dan ir-rapport ….fih kollox, rapport ta’ ċertu portata u xi nstab f’dik l-investigazzjoni, u l-Prim Ministru jgħid li ma jaf xejn.
Il-Kelliem sellem lil George Pullicino għal din l-investigazzjoni u dak li ħareġ jinsab fil-file tagħha, tad-Direttur, li spiċċat Direttur Ġenerali taħt il-PL u r-rapport għadu fil-file tagħha, tenna l-kelliem. Ir-rapport kien jgħid li l-industrija tat-tonn ma kienitx sejra tajba.
Tliet ġimgħat wara li sar Prim Ministru, Joseph Muscat seta’ raha x’ġara wara dak li ġara sentejn qabel Kien ingħad issa kemm l-affarijiet marru tajjeb u s-suċċess dwar il-Blue Funa, u li l-progress kien wieħed tajjeb. Jason Azzopardi qal li meta xi ħaddiem tal-Gvern jagħmel l-iċken foul jiġi sospiż on “half pay” u Alla jbierek f’dan il-kaz, din kienet sospiża on “full pay”.
//= $special ?>