Futbol Sport

Kaljevic se jitlef il-konfront kontra Balzan

(Ritratt: Trevor Sollars)
Għaxar plejers sospiżi logħba mill-Kampjonat Premier

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda għaxar plejers logħba kull wieħed wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-plejers sospiżi huma Matthew Guillaumier ta’ Birkirkara, Jurgen Pisani ta’ Floriana, Rodolfo Soares ta’ Gżira United, Dunstan Vella ta’ Hibernians, Juri Cisotti u Gianluca Cuomo ta’ Mosta, Alan Abela ta’ Qormi, Jacob Walker ta’ St. Andrews, Matthew Spiteri ta’ Tarxien Rainbows u Bojan Kaljevic ta’ Valletta.

Guillaumier u Walker se jitilfu l-konfront bejn Birkirkara u St. Andrews u Jurgen Pisani mhux se jilgħab il-logħba importanti ta’ Floriana u Senglea Athletic. Soares u Abela mhux se jilagħbu Qormi v Gżira filwaqt li Vella u Spiteri se jitilfu d-derby bejn Hibernians u Tarxien Rainbows. Iż-żewġ plejers ta’ Mosta se jaqbżu l-logħba kontra Pietà Hotspurs u Bojan Kaljevic se jitlef il-logħba kontra l-eks tim tiegħu Balzan.