Lokali Parlament

Kunsill Reġjonali ikun ta’ suċċess kif kienu l-Kunsilli Lokali

 

Jekk ikollna Kunsill Reġjonali, dan ikun ta’ suċċess, għax jekk wieħed jara kif marru l-Kunsilli Lokali mill-ewwel jinnota kemm sar ġid u kemm minbarra kunsilliera, kemm kien hemm Sindki li ħadmu tajjeb u bil-għaqal, u għax dawn ukoll telgħu minn nies.  Sadanittant it-tkabbir ekonimiku f’Għawdex huwa 61 fil-mija tal-medja nazzjonali. Għalkemm mar il-quddiem, għadu lura u sfortunatament mhux qed ilaħħaq ma’ Malta. Ovvja li Għawdex għandu sfidi partikolari u l-problemi tiegħu. Kien għalhekk dejjem il-Partit Nazzjonalista ried li jkun hemm politika distinta.

Meta kien qed jitkellem fit-Tieni Qari dwar it-twaqqif tal-Awtorita’ Dwar l-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex id-Deputat Nazzjonalista David Stellini qal li hemm bżonn li negħlbu li sfidi bħal li Għawdex jista jattira turiżmu ta’ kwalita’ aktar minn Malta. Nemmnu wkoll li Għawdex jista’ jattira investiment ta’ kwalita’. Illum bis-saħħa tal-internet wieħed jista’ jilħaq lil kullimkien. L-importanti huwa li f’Għawdex jinħoloq xogħol ta’ kwalita’ u ta min jgħid li f’Għawdex u anke f’Malta, il-pagi huma baxxi biss….f’Għawdex sfortuntament il-pagi huma aktar baxxi minn ta’ Malta.

Stellini qal li llum qabel għada għandu jkollna r-raba vapur għax sa issa m’aħniex moqdijin. Qed ikun hemm kju kbir u li huwa xi ħaġa tajba għax qegħdin jitilgħu ħafna Malta. Imma mhux sew li ħafna Għawdxin qed jagħmlu sigħat jistennew, għax dawn familja għandhom. Tenna dwar il-bżonn ta’ Master Plan għal Għawdex għal perjodu ta’ 30 sena, li jiġi revokat kull ħames snin fejn ikun hemm il-bżonn.

Qal li-Prim Ministru ħabbar nhar il-Ħadd li meta titlesta l-mina se jagħmel servizz b’xejn tax-xarabank li jitlaq mir-Rabat Għawdex u jibqa’ sejjer sal-Belt Valletta jew Mater Dei u sal-Ajruport.  Peress li għadna ma nafux meta ser titlesta l-mina, hux ħames snin jew għaxar snin oħra, huwiex possibbli li dan is-servizz jingħata minn issa.

Qal li dan ifisser li s-servizz jitlaq miċ-Ċirkewwa sa’ Mater Dei u inkella sal-Belt bla waqfien, servizz tal-linja dirett b’xejn għall-Għawdxin jew residenti f’Għawdex. Jista’ jkollok tal-linja jitilqu mir-Rabat Għawdex sal-Imġarr Għawdex b’xejn ukoll.

Stellini qal li bil-kontra biex inqajmu iktar investiment u kummerċ f’Għawdex, jista’ jsir għall-Maltin li jixtiequ imorru Għawdex għall-btala. Servizz li bih jaslu saċ-Ċirkewwa, jaqbdu l-vapur u jaqbdu tal-linja diretta lejn ir-Rabat Għawdex jew Marsalforn u x-Xlendi. Proposta li l-Gvern għandu jaċċetta, għalfejn le, qal Stellini.

Il-kelliem kompla jgħid li llum il-ġurnata nafu li għadna iktar minn 3,000  Għawdxi li jaħdem Malta u li uħud minn dawn jaqsmu l-fliegu kulljum. Erba’ sighat kulljum traġġit. Sagħtejn l’hemm u sagħtejn l’hawn.

Ħafna minnhom iqumu fl-4:30 ta’ filgħodu biex jilħqu l-vapur tas-sitta biex imbagħad jinżlu x-xatt, l-Imġarr Għawdex u jagħmlu kwarta jduru biex isibu parking qabel jaqbdu l-vapur u imbagħad wara jaqbdu l-minibus li dan il-Gvern issusidja fil-budget li għadda.

“Dawn in-nies għalija għandhom wisq tbatija fl-opinjoni tiegħi u għandhom bżonn għajnuna issa. Min huma dawn in-nies? Huma għalliema, infermiera, suldati, pulizija, LSEs, uffiċjali tal-gvern jew ta’ aġenziji tal-gvern, nies li jaħdmu mal-privat.

“Dawn il-mijiet ta’ nies għandhom bżonn bus b’xejn diretta miċ-ċirkewwa sal-bejt u ħalsillhom il-mini bus. Għalija dawn in-nies qed jgħixu kundanna. Ejja ngħinuhom issa mhux noqgħodu nistennew għaxar snin sakemm titlesta l-mina! Prim Ministru, jekk taqbel ma dan il-prinċipju għax ma tintroduċieħx issa?, staqsa Stellini.

Dwar l-isptar ta’ Għawdex dan l-Għawdxin huma kapaċi jmexxuh l-Għawdxin. Il-Ministru Caruana qalet li dan li sptar se jkun aħjar, meta mhux a11ettabbli li jkollok persuna jdum ħames sigħat jistenna u jmur, persuna oħra li għax mhemmx helikopter imur u kif qed jiġri bl-anzjani issa Għawdxin.

Dan kollu għax il-Gvern Laburista iddeċieda li jbiegħu l-barrani. Qal li l-poplu Għawdxi bħal issa jinsab irrabbjat għax mhux qed jisemma biżżejjed, mill-Partit Nazzjonalista, aħseb u ara kemm huma rrabjati għal Partit Laburista.

Is-sitwazzjoni tal-isptar hija waħda drammatika, mhux tort tat-tobba, imma tort tas-sistema u n-nuqqassijiet li hemm. Kellna wkoll servizz ta’ merkanzija li jmur tal-Pieta, u tneħħa u dan messu jekk ikun tal-passiġġieri imur fejn il-lift il-Belt u ta’ merkanzija jidħol il-Marsa. Talab ukoll biex issir tinda kemm li Mġarr kif ukoll iċ-Ċirkewwa, mhux sew il-ħaddiema tal-Gozo Channel jaħdmu taħt kundizzjonijiet diversi, fis-sajf mod, u fix-xitwa mod ieħor.