Lokali Parlament

L-inkjesta dwar iċ-ċkejkna Victoria għadha mhix pubblika

L-Istitut tad-Dumnikani Ħaż-Żabbar - Ritratt: Matthew Tabone

Konferma li l-Gvern għadu ma ppubblikax l-inkjesta dwar il-mewt taċ-ċkejkna Victoria Aluko, li mietet fit-22 ta’ Jannar ta’ sena ilu.

L-inkjesta tal-Gvern dwar il-mewt ta’ Victoria Aluko, li mietet fl-età tenera ta’ 8 snin wara li ħakimha virus tas-Septicaemia fl-Isptar Mater Dei, hija lesta. Madankollu peress li kienet saret inkjesta Maġisterjali fuq dan il-każ wkoll, u li mhijiex konkluża, kien għalhekk li l-inkjesta ma saritx pubblika.

Hi kienet tgħix fir-residenza tad-Dumnikani f’Ħaż-Żabbar flimkien mal-ġenituri tagħha u ż-żewġ hutha.

It-tarbija mietet b’infezzjoni fid-demm. Il-Ministru Michael Falzon qal li kien qed jistieden lill-Oppożiżżjoni, nkluż id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech li kien qed jagħmel il-mistoqsija biex jivverifika l-kontenut tal-inkjesta.