Ekonomija Lokali Parlament

Membri tal-Gvern jaħarbu d-domandi dwar il-ħaddiema Torok li qed jgħixu fil-kontejners

Il-Ministru Michael Falzon u aktar tard s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ħarbu mill-mostoqsijiet Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami dwar in-numru ta’ ħaddiem Torok li qegħdin jgħixu f’Kontejners u li issa qed jaħdmu f’Malta.

L-avukat Fenech Adami staqsa kif inhija s-sistema li qegħdin jinġiebu barranin minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, f’Malta u kif din qed taffettwa id-diversi materji fosthom il-housing f’Malta.

Il-Ministru Michael Falzon waddab il-mistoqsiaj fuq is-Segretarju Parlamentari tiegħu Roderick Galdes, li qal li kien qed jiskanta kif Beppe Fenech Adami, li ħadem qatiegħ biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, fejn 70 fil-mija tal-barranin ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Id-Deputat Beppe Fenech Adami qal li dawk li qegħdin jgħixu f’barriera li jorqdu u jqumu u l-aħbar li hemm fil-ġurnali dwar importazzjoni tal-eluf ta’ barranin li mhux ġejjin mill-pajjizi tal-Unjoni, u mhux ġejjin biex jaħdmu f’impiegi bħal gaming, jew servizzi finanzjarji imma fiż- cheap labour, u kull ma xtaq kienet reazzjoni mill-kap tal kostruzzjoni,  Galdes, qal li dan il-pajjiz qed jiftaħ il-bibien tiegħu, għax mingħajr flus, li jinħiebu minn dawn il-barranin ma nkunux nistgħu nagħmlu housing soċjali,