Minkejja li f’Malta hawn ix-xogħol, il-ħafna mhumiex ilaħħqu mal-ħajja, għalhekk fejnha l-kwalita’. Ħafna, anke gradwati qegħdin jaqgħtu qalbhom mill-pajjiż, u dan għax m’għadniex noħolqu jew nġibu ndustriji ġodda. L-edukazzjoni li hija ċ-ċavetta ta’ dan kollu, wkoll qed tiffaċċa problem, filwaqt li l-ambjent mhux qed nagħtu kasu u jinsab għaddej minn problem kbar.
Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-Aġġornament, Karl Gouder, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali iffoka fuq dawn il-materji meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-Aġġornament. Qal li waqt li kien qed jipprepara dan id-diskors qagħad jaħseb ftit fuq is-sitwazzjoni ta dan il-pajjiż, pajjiż, li qed jaħseb li qed jerġa jasal f’salib it-toroq.
Pajjiż fejn vera li hawn ix-xogħol iżda n-numru ta’ nies li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja qiegħed dejjem jiżdied, pajjiż li vera li l-qagħad qieghed f’livell baxx ħafna iżda ħafna żagħżagħ qed iħossu li m’hawnx opportunijajiet tajbin għalihom, pajjiż li vera hawn l-iżvilupp iżda qed neqirdu l-ambjent u l-futur tagħna, qal Gouder.
Tenna li allura wasal għal konklużjoni li għal darb’ohra irridu nerrgħu nikkonċentraw fuq dak li huwa bażiku….ix-xogħol, l-edukazzjoni u l-ambjent.
Xogħol….
“Qeghdin f’sitwazzjoni fejn qed naraw ekonomija b’ċifri tajbin iżda fejn fl-istess ħin qed jiżdied l-inkwiet tal-familji tagħna u mod partikolari ż-żagħżagħ tagħna. “Ħloqna klassi ġdida ta nies, klassi li sfortunatament qegħda l-ħin kollu tikber – dik li jien insejjħilha – “work poor”, fejn illum għanda familji biż-żewġ ġenituri jaħdmu iżda ġenwinament qed isibuha diffiċli ħafna sabiex jaslu sal-aħħar tax-xahar,” qal id-Deputat Nazzjonalista.
Gouder qal li għejja jiltaqa ma’ żagħażagħ, uħud minnhom gradwati li qatgħu qalbhom li jkunu jistgħu jixtru post fejn jgħixu u issa anke qed jaqgħtu qalbhom anki li jikru.
Fil-qasam tax-xogħol iżda, l-inkwiet tiegħu huwa li qed nistrieħu wisq fuq l-industriji li għandna diġa f’pajjiżna, kważi kollha industriji li ġab il Partit Nazzjonalista fil-Gvern u m’aħniex qed naħsbu sabiex inġibu lejn pajjiżna industriji ġodda u moderni sabiex ikunu jistgħu jaħdmu fihom it-tfal tagħna, 10, 15 il-sena oħra.
Edukazzjoni
“Intom tafu li għall-Partit Nazzjonalista l-edukazzjoni dejjem kienet, għadha u tibqa’ pilastru kruċjali għal pajjiżna, iżda taħt dan il-Gvern x’qed naraw? – kriżi fil-qasam tal-għalliema, tfal jitagħlmu fil-kontejners, u edukazzjoni bla viżjoni għal futur..fejn hu dak iż-żmien li konna nibnu skola ġdida kull sena, fejn hu dak iż-żmien li konna il-ħin kollu noħolmu b’futur aħjar għal uliedna u allura il-ħin kollu nirriformaw is-sistema edukattiva ta pajjizna sabiex tkun tista tħejji lill-uliedna għal futur aħjar…
“Dak iż-żmien intesa u allura hija r-responsabilita tagħna sabiex nerrgħu nibdew noħolmu b’futur aħjar u nħallu lil uliedna u lill-għalliema tagħna wkoll joħolmu b’futur aħjar f’ambjent li jixraqilhom. Biex nagħmlu hekk, bħal fil qasam tax-xogħol irridu naħdmu kemm nifilħu sabiex inġibu lejn pajjiżna industriji ġodda, industriji moderni, industriji li jaraw li t-tfal u żagħżagħ tagħna jagħżlu li jibqgħu jgħixu f’pajjiżna għax f’pajjiżna jaraw futur sabiħ ghalihom”, kompla jgħid Gouder.
Ambjent..
Id-Deputat Nazzjonalista qal li probabilment, l-ikbar falliment ta dan il-Gvern hija l-politika tiegħu dwar l-ambjent u dan għandu jħassibna u jinkwetana kollha. Il-fatt li qed neqirdu l-ambjent tagħna jfisser li qed neqirdu l-futur tagħna kollha. Aħna qatt ma konna partit kontra l-iżvulupp.
“Anzi aħna nemmnu li l-iżvilupp huwa mportanti biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem, iżda aħna rridu żvilupp sostenibbli u l-politika ambjentali tagħna rridu nibnuha fuq il-bilanċ, bilanċ bejn pajjiż li jrid ikompli jiżviluppa iżda fejn irridu naraw li nindukraw l-ambjent tagħna, nieħdu ħsiebu u ntuh il-prijorita li jixraq.
“Għalina sabiex inkunu nistgħu ngħixu ħajja sana, iżda anki wkoll għal eluf ta turisti li jżuruna….x jiswa li għandek min irid jibni lukandi ta sitt stillel mentri imbgħad noffru pajjiż b’ambjent kemm urban kif ukoll rurali medjokri”, temm jgħid id-Deputat Karl Gouder.
//= $special ?>