Sport Sport Ieħor

Qormi Daikin isaħħu posthom fil-quċċata b’rebħa fuq Floriana Young Stars

(Ritratt: Andrea Curmi)

Iċ-champions Qormi Daikin għamlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal-kampjonat hekk kif għelbu  lir-rivali ta’ Floriana Young Stars 4-1 li qabel il-logħba kienu żewġ punti taħthom.

Il-Qriema daħlu jistrieħu żewġ gowls fil-vantaġġ permezz ta’ Zak De Giovanni u Luke Bajada. Qormi komplew ikabbru l-iskor fit-tieni taqsima b’gowl ieħor ta’ Bajada sakemm Edward Hughes naqqas id-distakk għal Floriana. Steve Portelli għamel l-iskor 4-1 lejn it-tmiem.

Fil-logħba l-oħra mill-Kampjonat Nazzjonali, Sliema Hotsticks ftit tħabtu biex għelbu lil Rabat 3-0 u baqgħu żewġ punti taħt il-leaders. Huma kisbu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima minn Daniel Agius u Ryan Dalli, biex Shaun Grima għamilhom tlieta fit-tieni taqsima.

Logħob li jmiss – Il-Ħadd: Sliema Hotsticks v Floriana Young Stars 9.00am, Qormi D. v White Hart 11.00am

Kif Jinsabu – Qormi Daikin 10 punti, Sliema Hotsticks 8 punti, Floriana Young Stars 6 punti, Rabat 4 punti, White Hart 0 punti

Tags