Sport Sport Ieħor

Steve Stricker jinħatar captain tat-tim Amerikan għar-Ryder Cup tas-sena d-dieħla

Is-sid numru tnejn tad-dinja Steve Stricker se jkun il-captain tat-tim Amerikan fir-Ryder Cup tas-sena d-dieħla. Stricker li għandu 51 sena, kien il-favorit nett li jieħu post Jim Furyk f’dan l-avveniment importanti kontra l-Ewropa, li se jintlagħab f’Wisconsin.

It-tnax-il darba rebbieħ fit-Tour PGA, mexxa lit-tim Amerikan għar-rebħ tat-Tazza tal-President fl-2017 u serva bħala wieħed mill-Viċi Captain ta’ Furyk fl-edizzjoni tar-Ryder Cup tas-sena l-oħra, li fiha t-tim Amerikan sofra telfa kbira.

Stricker ħa sehem fi tliet edizzjonijiet tar-Ryder Cup. Hu kien fit-tim rebbieħ tal-2008 qabel telfiet fl-2010 u fl-2012. F’Jannar, it-tim Ewropew ħatar lil Padraig Harrington bħala l-captain tiegħu, f’dan l-avveniment li jsir kull sentejn.