Lokali

AĠĠORNATA: Il-Maltin imħassba dwar il-kriżi fil-housing

"Il-prezz tal-proprjeta' spara 'l fuq kawża tal-influss qawwi ta' barranin"

Il-maġġoranza tal-Maltin jinsabu mħassba ferm dwar il-kriżi fis-settur tal-housing u l-prezz tal-proprjeta’ f’pajjiżna. Dan joħroġ mill-aħħar ċifri ppublikati fil-Eurobarometer.

Wara l-kwistjoni tal-barranin f’Malta, il-housing huwa l-akbar inkwiet għall-familji – li jfisser illi l-Maltin huma inkwetati li jkollhom saqaf fuq rashom, aktar mill-kriminalita’, li tiġi fit-tielet post.

Il-Partit Nazzjonalista ilu xhur jitkellem fuq din il-problema li qed taffetwa ħafna familji li jikru, ħafna żgħażagħ li jridu jixtru post, u oħrajn li qed jipprovaw jieħdu loan.

Mill-Eurobarometer jirriżulta li 30 fil-mija tal-Maltin huma mħassba fuq is-settur tal-proprjeta’; tħassib illi kiber sew minħabba l-isplużjoni fil-prezzijiet, u ż-żieda qawwija fl-ispejjes biex wieħed jikri.

It-tħassib tal-familji Maltin u Għawdxin:
1) l-immigrazzjoni u l-ħaddiema barranin (50%)
2) il-housing (29%)
3) l-ambjent u l-enerġija (28%)
4) l-għoli tal-ħajja (19%)
5) il-kriminalita’ (19%)