Is-sistema edukattiva trid taħseb għall-bżonnijiet ta’ studenti li jbatu mill-kundizzjoni tad-dyslexia. Dan hu dak li titlob soċjeta’ li tgħożż il-ġustizzja soċjali fejn kull tifel jew tifla tirnexxi.
Sostna dan Clyde Puli, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni meta indirizza konsultazzjoni pubblika dwar id-dyslexia, organizzata mill-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech
Clyde Puli qal li jirrikonoxxi li hi sfida għall-ġenituri, l-għalliema u l-Learning Support Educators għaliex kull persuna li tbati mill-kundizzjoni ikollha diffikultajiet differenti. Dan ipoġġi pressjoni fuq ir-riżorsi umani fi żmien meta inqas żagħżagħ qed jagħżlu l-professjoni tat-tagħlim.
Clyde Puli qal li l-Partit Nazzjonalista qed jisma’ mill-esperti u mill-persuni li jiffaċċjaw din il-kundizzjoni bil-għan li jifforma proposti konkreti u kostruttivi.
Min-naħa tiegħu Francis Zammit Dimech li fil-Parlament Ewropew flimkien ma Membri Parlamentari oħra qed imexxi l-inizjattiva ta’ Charter Ewropew għad-Dyslexia qal li stieden lil dawk kollha konċernati wara anke bosta laqgħat li ġa saru biex ic-charter jirifletti wkoll il-viżjoni tal-istakeholders u l-professjonisti Maltin. Iċ-charter jmiss mal-qasam tal-edukazzjoni, s-saħħa, x-xogħol il-ġustizzja u t-teknoloġija. L-għan taċ-charter hu li jindirizza l-problemi tad-dyslexcis fil-hajja personali u professjonali tagħhom.
Il-laqgħa kienet indirizzata wkoll minn Richard Broadbent mill-Istitut tad-Dyselxia fir-Renju Unit. Hu qal li anqas minn 1% tal-persuni bid-dyslexia kienu dijanjostikata u i kien għad-hemm stigma u nuqqas ta’ għarfien dwar id-dyslexia. Hu żied jgħid li-teknoloġija tista’ tkun ta’ benefiċċju kbir għal persuni bid-dsylexia. Qal li ċ-charter Ewropew għad-dyslexia kien importanti sabiex is-sistema edukattiva ma tfalli lil ebda tifel jew tifla.
Preżenti għal laqgħa kien hemm ukoll rappreżentanti tal-Malta Dyselxia Association, il-European Dyslexia Association, professjonisti inkluż psikologi, occupational therapists, speċjalisti tad-dyslexia, rappreżentanti tal-MATSEC, l-Inspire, rappreżentanti tal-SpLD (Specific Learding Difficulties), rappreżentanti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni kif ukoll, akkademiċi u rappreżentanti tal-Unit tad-diżabilità ġewwa l-Università ta’ Malta.
//= $special ?>