Wara l-mewt ta’ Janet Harvey, li l-katavru tagħha inzamm għal 3 xhur fil-kamra tas-sodda minn żewġha stess, ħafna qed jesprimu sentiment ta’ rabja.
Kienu koppja helwa immens. Maħbubin minn dawk kollha li jgħixu f’din l-istess triq f’San Pawl il-Baħar. Iżda l-fatti kif seħħew, ħallew xokk kbir fuq il-ġirien…kif spjegaw huma stess mal-programm Sorsi Infurmati.
Ġar ieħor qalilna li Janet Harvey kienet għamlet xi żmien l-isptar, iżda ħadd ma kien jaf li ħarġet.
Raġel ieħor li joqgħod viċin qal li kien ukoll ilu ma jaraha, u ddejjaq issaqsi fuq kif inhi.
Mara oħra intant qalet li ftit ilu saqsiet lir-raġel Russel Harvey kif inhi, u hu wieġeb li kienet tinsab tajjeb.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar din il-mewta ssoktaw fl-aħħar sigħat.
Janet Harvey kienet ilha mejta sa mill-14 ta’ Novembru li għadda, jiġifieri aktar minn tlett xhur…. u kienet fi stadju ta’ mumifikazzjoni. Żewġha Russell zammha mgeżwra f’lożor u kutri fis-sodda tagħha.
Skont l-awtospja li saret fuq Harvey…. hi mietet mewta naturali.
//= $special ?>
