Is-sidien ta’ Manchester City xtraw l-ishma fil-klabb tat-Tielet Diviżjoni Ċiniża Sichuan Jiuniu, f’dak li hu s-seba’ klabb tagħhom. City Football Group xtraw il-klabb flimkien mal-kumpaniji UBTECH u China Sports Capital. Bħalissa huma diġà sidien ta’ New York FC u Melbourne City FC. Fost l-investiment l-ieħor, jinvolvi lil Yokohama F Marinos tal-Ġappun, Club Atletico Torque fl-Urugwaj t-tim tal-La Liga Spanjola Girona.
Ibbażati fil-Lbic taċ-Ċina, Sichuan Jiuniu jilagħbu fil-Chengdu Longquanyi Football Stadium li jilqa’ fih massimu ta’ 27,000 spettatur. “Aħna nemmnu fil-futur tal-futbol fiċ-Ċina. Aħna qed nagħmlu dan l-impenn fit-tul biex inkabbru u niżviluppaw lil Sichuan Jiuniu FC u nsostnu t-talent tal-futbol Ċiniż,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ City Football Group Ferran Soriano.
//= $special ?>