Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici injora t-twissija serja li saret mill-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta, Andrew Beane, li f’nofs din il-gimgha nnota kif is-settur finanzjarju lokali ħa daqqa ta’ ħarta fir-reputazzjoni tiegħu.
Iżda minkejja dan, il-Ministru Owen Bonnici ħarab milli jindirizza dan it-tħassib, meta ffaċċjat minn dan l-istazzjon.
Ir-reputazzjoni ħażina li sofra pajjiżna, fost oħrajn minħabba l-akkużi fuq il-Bank Pilatus, kienet riflessa wkoll f’dak li seħħ fl-aħħar sigħat, meta anke l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca spiċċat mistoqsija dwar dan waqt laqgħa tal-Oxford Union.
//= $special ?>
