Internazzjonali

Aktar riżenji għal-Labour fl-Ingilterra

Membru ieħor tal-House of Commons ingħaqad mal-Independent Party li ġie ffurmat dan l-aħħar, hekk kif illum tħabbar li d-Deputat Laburista Ian Austin ħalla l-partit ta’ Corbyn.

Austin ingħaqad mal-grupp li issa fih 8 eks deputati tal-Labour u 3 eks deputati tal-Partit Konservattiv li tmexxi Theresa May.

Ian Austin kien serva bħala whip tal-gvern fiż-żmien meta Gordon Brown kien Prim Ministru.