Lokali

FILMAT: Tliet persuni arrestati f’Ħal Qormi waqt rejd għad-droga

Arrestati numru ta' persuni

Tliet persuni ġew arrestati waqt rejd għad-droga f’Ħal Qormi. Kien ftit wara l-11.00 ta’ dalgħodu li l-Pulizija marru jiċċirkondaw dar kantuniera kbira li tinsab bejn żewġ toroq, Triq il-Belt Valletta ma’ Triq Armal. Numru ta’ units tal-Pulizija marru fuq il-post f’dik li kienet operazzjoni għaddejja mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga flimkien ma’ l-Ispecial Intervention Unit. .

Mad-dar hemm “cameras” tas-sigurta’ ta’ ċerta portata li qegħdin jgħassu l-post u l-inħawi. Wara l-arresti saru tfittxijiet intensivi fir-residenza, b’numru ta’ Pulizija baqgħu jiċċirkondaw l-inħawi u Pulizija ieħor fuq il-bejt, jissorveljaw iil-post. Ir-rejd sar mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u l-Ispecial Intervention Unit.