Ekonomija Lokali

Id-daqqa għar-reputazzjoni “hu fatt ovvju” – Edward Scicluna

Mill-iskandlu tal-Bank Pilatus. Għad-daqqa li ħalliet fuq is-settur bankarju il-kwistjoni tas-Satabank.

Mill-istqarrija iebsa tal-Kap Eżekuttiv tal-HSBC illi tkellem b’mod car fuq id-daqqa li hadna fir-reputazzjoni tagħna bħala pajjiż. Għall-umiljazzjoni li halliet fuq il-President din is-sitwazzjoni kollha.

U issa, spiċċajna bil-Ministru tal-Finanzi jammetti dan il-falliment tal-Gvern…b’Edward Scicluna jsostni illi dak li qal is-CEO tal-HSBC huwa ovju.

Il-Ministru Scicluna kien ibbumbardjat bid-domandi tal-ġurnalisti wara li din il-ġimgħa stess, is-CEO tal-HSBC Andrew Beane qal illi s-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta sofra ħsara fir-reputazzjoni tieghu.