Ħelsuha ħafif il-propjetarji ta’ residenza f’San Ġwann wara li nar żviluppa fil-garaxx tal-istess dar.
Il-każ seħħ fi Triq il-Ħida, meta ftit wara d-9:30pm il-ġirien tat-triq irrappurtaw ħoss qawwi. Wara irriżulta li n-nar żviluppa minn xi apparat domestiku.
Immedjat kien l-intervent tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili li fi ftit ħin waslu fil-post flimkien mal-Pulizija u uffiċjali tal-Enemalta illi assiguraw is-sigurta’ tal-provvista tal-elettriku fiz-zona.
Mid-dar ġew salvati xi klieb.
Ritratt: Mikhail Micallef
//= $special ?>