Ikompli l-kuntatt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia man-nies. Din id-darba, mal-komunitá Beltija.
Adrian Delia dar it-toroq tal-Belt fejn il-Beltin ħadu l-opportunitá jaqsmu miegħu dawk il huma l-isfidi li jiffaċċjaw bħala residenti tal-Kapitali Maltija.
Fost id-diversi affarijiet, il-Beltin semmew l-isfida tal-aċċess għall-kapitali minħabba l-problema akuta ta’ parkeġġ. Kwistjoni li semmewlu wkoll għadd ta’ persuni mill-komunità tal-kummerċ fil-Belt Valletta.
Adrian Delia qali din hija kwestjoni li tistà tissolva faċilment kif sar f’ħafna bliet ewlenin fejn saru parkeġġi adegwati ‘il barra mill-belt b’sistema ta’ shuttle bus li mbagħad twasslek fiċ-ċentru. Xi ħaga li l-Gvern ma jidhirx li għandu interess li jagħmel.
Il-komunità kummerċjali uriet ukoll it-tħassib tagħha għall-fatt li mhux biss dan kien Milied dgħajjef għal dak li hu bejgħ, iżda din ix-xejra ppersistiet ukoll tul il-perjodu ta’ wara l-festi u sal-lum.
Adrian Delia qal li xi ħaġa li tqanqal fih sens ta’ dispjaċir hu l-fatt li s-sena tal-Belt Kapitali tal-Kultura ġiet u għaddiet, u minkejja din l-opportunità tad-deheb u b’differenza għal dak li ġara fi bliet kapitali Ewropej oħra, il-Beltin u l-Maltin ma wirtu xejn minn din is-sena. Hu qal li l-Belt intużat biex tospita dan l-avveniment, iżda m’għandha xejn x’turi għalih.
Tul il-mixja tiegħu fit-toroq tal-kapitali, Adrian Delia kien akkumpanjat mis-Sindku tal-Belt Valletta Christian Micallef, mill-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono, depututai u kandidati tad-distrett kif ukoll kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fil-Belt f’isem il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>