Satellita spazjali mill-Ġappun fl-aħħar sigħat ikkonkludiet b’suċċess il-proċess tal-inżul fuq asterojdu bl-isem Ryugu. Dan bħala parti minn missjoni biex jinġabar kampjun tal-blat mill-wiċċ tal-asterojdu u li għandu jkun utli għall-istudju xjentifiku.
L-aħħar fażi tal-missjoni kienet konkluża wara li s-satellita tal-Aġenzija Ġappuniża għall-Esplorazzjoni tal-Ispazju, kienet waslet qrib l-asterojdu f’Ġunju li għadda — proprju tliet snin u nofs wara l-bidu tal-missjoni tagħha.
L-inġenju bl-isem Hayabusa-2 mistenni jirritorna lejn id-dinja matul is-sena li ġejja u fejn hu ttamat li se jwassal lura tipi ta’ ‘space rock’ primittiv, magħruf bħala C-Type, biex isiru l-istudji fuqhom.
//= $special ?>

