Futbol Sport

It-timijiet il-kbar jevitaw lil xulxin fl-aħħar 16 tal-Europa League

(Ritratt: EPA)

Id-dwell bejn Eintracht Frankfurt u Inter hu probabbli l-aktar wieħed missielet fir-rawnd tal-aħħar 16 wara li lbieraħ telgħu l-poloz f’Nyon. Dan il-konfront hu l-unika wieħed li jinvolvi żewġ timijiet li fil-passat rebħu l-kompetizzjoni. Il-Ġermaniżi rebħu l-unur fl-1980 filwaqt li Inter rebħu l-kompetizzjoni tliet darbiet fis-snin 90.

Sevilla meqjusa bħala wieħed mill-favoriti għandhom polza favorevoli kontra Slavia Praga. Napoli għandhom konfront li jibdew favoriti iżda ma jridux jafdaw lil Red Bull Salzburg li kapaċi joħolqu sorpriża. Zenit jittamaw li din il-polza twassal għal triq simili hekk kif fir-rawnd tal-aħħar 32 tal-istaġun 2007/2008, huma kienu eliminaw lil Villarreal u spiċċaw biex rebħu l-kompetizzjoni.

It-timijiet Ingliżi Arsenal u Chelsea għandhom poloz li b’attenzjoni jistgħu jikkwalifikaw kontra Rennes u Dynamo Kyiv rispettivament. Il-logħba bejn Chelsea u Dynamo Kyiv se tkun speċjali għall-kowċ tal-Ukrajna Andriy Shevchenko li lagħab maż-żewġ logħbiet.

Rawnd tal-aħħar 16

Chelsea v D. Kyiv

Frankfurt v Inter

D. Zagreb v Benfica

Napoli v Salzburg

Valencia v Krasnodar

Sevilla v Slavia Praga

Arsenal v Rennes

Zenit v Villarreal

Il-logħbiet tal-ewwel leg jintlagħbu fis-7 ta’ Marzu, bil-partiti ta’ ritorn jintlagħbu ġimgħa wara.