Seminar ta’ ġurnata kkaratteriżża avveniment importanti dak tal-AI in Business Malta Summit 2019. Tliet kelliema ta’ klassi mondjali fuq is-suġġett tan-negozju pprovdew stampa ċara ta’ dik imsejjħa AI technology, u fuq kif din qed tbiddel id-dinja u n-negozju. Dan is-seminar sar bħala preludju tal-AI in Business EXPO li se jsir Malta, f’Settembru li ġej.
Il-panel kien immexxi minn Matthew Fenech, Konsulent dwar il-policies fir-Renju Unit li kemm il-darba ta pariri lill Parlament Ingliż u dak ta’ Wales, kif ukoll organiżazzjonijiet globali bħal Shell, Ricoh, HSBC, Vodafone u d-Development Bank tal-Ġappun.
Flimkien ma’ Fenech kien hemm ukoll intervent minn Irakli Beridze, li huwa l-Kap taċ-ċentru dwar l-Intelliġenza Artfiċjali u Robotika fin-Nazzjonijiet Uniti. Huwa kien beda u mmaniġġja l-ewwel programm fuq l-AI u Robotika fl-2014. Ħadet sehem ukoll Charlotte Stix, Konsulent u “Policy Officer” għaċ-Ċentru ta’ Leverhulme għall-Intelliġenza tal-Futur fl-Universita’ ta’ Cambridge.
L-EXPO għandu l-viżjoni li Malta tkun tista’ ssaħħaħ l-“AI revolution” u dan permezz ta’ konnettivita’ tajba li għandha u fejn irridu mmorru ‘l quddiem f’oqsma bħal “blockchain”, il-ħaddiema ta’ kwalita’ li għandu l-pajjiż fejn jidħol l-ICT fejn b’dawn l-ingredjenti biex tkun l-aqwa ċentru għal AI fil-Mediterran.
Dan l- AI “Business Malta Summit” se jkun ukoll it-tnedija għal AI fil-Business Malta Expo f’Settembru li ġej. Dak inhar f’Malta se jkunu preżenti numru ta’ esperti internazzjonli biex jesploraw l-impatt u l-benefiċċji ta’ dan il-fenominu f’setturi differenti.
Dawn jinkludu s-servizzi finanzjarji, manifattura, loġistika, trasport u saħħa. Kemm dan is-summit kif ukoll l-expo f’Settembru li ġej għandhom l-istess għan, li jagħtu lin-negozji lokali mod aħjar kif jifmu kif l-AI tista’ tgħinhom jirrivuluzzjonaw il-mod kif jaħdmu, u li jibdlu il-mod kif huma jitħalltu mal-klijenti tagħhom u jagħmlu kuntatt.
Jekk wieħed jistaqsi x’inhu AI, jasal għall-konklużjoni li din hija kollezzjoni ta’ xjenza kompjuteriżżata, inġinerija u teknika’ matematika biex issolvi l-problemi. Dan mhuwiex terminu ġdid-xjentisti kienu l-ewwel li ħasbu dwar dan fis-snin 50-imma bħalissa dan kollu qed ifisser li bħalissa għaddejjin minn żmien ġdid ta’ eċitament u investiment.
//= $special ?>