Milan komplew is-serje pożittiva tagħhom meta f’darhom għelbu lil Empoli 3-0. Din it-tielet rebħa konsekuttiva fissret li Milan jisabu punt taħt Inter b’logħba aktar.
Huma kienu għoddhom marru minn fuq wara 10 minuti meta minn kross mix-xellug ta’ Ricardo Rodriguez, Lucas Paquetà daħal tajjeb u bir-ras għeleb lil Bartlomiej Dragovsky. Iżda wara l-konsultazzjoni mal-VAR, ir-referee Piero Giacomelli ħassar il-gowl għal offside.
Milan fetħu l-iskor fid-49 minuta f’azzjoni maħduma tajba b’Hakan Calhanoglu jagħti l-kross deċiżiv lejn KRZYSZTOF PIATEK li kompla għal ġewwa minn pożizzjoni ċentrali. It-tim ta’ Gattuso rdoppja żewġ minuti wara b’passaġġ ta’ Samu Castillejo lejn FRANCK KESSIE li qabbeż fuq Dragovsky.
Milan għalqu l-logħba fit-68 minuta bi kross fil-baxx mil-lemin ta’ Andrea Conti lejn SAMU CASTILLEJO li b’konklużjoni fil-baxx fuq l-ewwel lasta skorja. Ir-Rossoneri saħansitra kellhom gowl b’azzjoni personali persistenti ta’ Fabio Borini li ġie mħassar fit-78 minuta.
//= $special ?>