Lokali

Żagħżugħ Żvediż isofri ġrieħi serji wara li waqa’ minn gallarija

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Żagħżugħ Żvediż ta’ 22 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn gallarija ta’ appartament. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30a.m. fi Triq Depiro f’Tas-Sliema.

Mill-ewwel stħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari  minn gallarija ta’ appartament privat. Fuq il-post wasal tim mediku li ħa liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.