Argument bejn erba’ persuni fiċ-Ċentru tad-Detox fl-Isptar San Luqa wassal biex mill-inqas persuna ġiet arrestata iżda nħelset xi ħin wara. Fl-argument weġġgħet ukoll persuna oħra, li allegat li qalgħet daqqa ta’ ponn.
Bl-ewwel rapporti jindikaw li wħud mill-akkużati kienu armati b’xi xfafar, fil-post intbagħtet preżenza qawwija ta’ Pulizija tar-Rapid Intervention Unit kif ukoll mid-Distrett.
Minkejja dan jirriżulta li dawk arrestati nħelsu fuq il-post bil-każ jgħaddi f’idejn il-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun li qed ikomplu bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>