Futbol Sport

Boban xeba’ mill-World Club Cup

 

Zvonimir Boban, Segretarju Ġenerali tal-FIFA jinsab il-Brażil sabiex jiddiskuti xi tournaments mondjali li se jsiru ma’ diversi konfederazzjoni minn madwar id-dinja. L-ex player ta’ Milan ikkritika l-World Club Cup li qed issir f’Diċembru. Huwa qal li din mhux tiġġenera dak l-interess li kien ikun hemm qabel meta normalment ikunu dejjem timijiet Ewropej u dawk Sudamerikani li jaslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Boban bħal dejjem ma jiddejjaqx ikun kontroversjali. “Tafu min rebaħha l-istaġun li għadda u ta’ qabel? Dejjem l-istess team! X’hemm x’tiftakar fiha? Xejn!” qal Boban meta ovvjament kien qed jitkellem fuq Real Madrid, li ilhom jiddominaw din il-kompetizzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin.

Boban qal li jrid jiġi ġġenerat iktar interess f’din il-kompetizzjoni filwaqt li jintemmu xi partiti inutli li diġá tkun taf x’ser ikun ir-riżultat tagħhom.